Mur għall-kontenut ewlieni
Pjattaforma għall-Involviment taċ-Ċittadini

Dikjarazzjoni ta’ aċċessibbiltà

Pjattaforma għall-Involviment taċ-Ċittadini

Din id-dikjarazzjoni tapplika għall-kontenut ippubblikat fis-sit web: ‘https://citizens.ec.europa.eu’

Dan is-sit web huwa mmaniġġjat mid-Direttorat‑Ġenerali għall-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea. Huwa maħsub biex jintuża minn kemm jista’ jkun nies, inkluż il-persuni b’diżabbiltà.

Għandek tkun tista’:

  • tkabbar sa 200% mingħajr problemi
  • tuża l-biċċa l-kbira tas-sit web bit-tastiera biss
  • tuża l-biċċa l-kbira tas-sit web b’apparat modern li jaqra dak li jkun hemm fuq l-iskrin u b’software li jaqbad id-diskors (fuq il-kompjuter jew il-mobile tiegħek). 

Dan is-sit web tfassal biex jikkonforma mal-istandard tekniku għal siti web u apps tal-mobile, EN 301 549 v.3.2.1. Dan josserva ferm il-livell “AA” tal-verżjoni 2.1 tal-Linji Gwida għall-Aċċessibbiltà tal-Kontenut tal-Web (WCAG, Web Content Accessibility Guidelines).

 

Status tal-konformità

Dan is-sit web hu parzjalment konformi mal-istandard tekniku EN 301 549 v.3.2.1 u mal-Livell 2.1 AA tal-Linji Gwida għall-Aċċessibbiltà tal-Kontenut tal-Web (WCAG). Ara “Kontenut mhux aċċessibbli” għal aktar dettalji.

Is-sit web ġie ttestjat l-aħħar fl-14 ta’ Settembru 2024.

 

Tħejjija ta’ din id-dikjarazzjoni

Din id-dikjarazzjoni ġiet riveduta fit-18 ta’ Settembru 2024.

Id-dikjarazzjoni hija bbażata fuq analiżi ta’ kampjun rappreżentattiv tal-paġni web minn espert tal-aċċessibbiltà kkwalifikat fl-IAAP, b’taħlita ta’ ttestjar manwali u awtomatizzat.

 

Rispons

Aħna nistennew ir-rispons tiegħek dwar l-aċċessibbiltà tal-Pjattaforma għall-Involviment taċ-Ċittadini. Jekk jogħġbok għarrafna jekk issib ostakli fl-aċċessibbiltà:

  • Telefown: 00 800 6 7 8 9 10 11
  • Formola tal-kuntatt: Iktbilna (tipprovdix informazzjoni sensittiva fil-formola, bħal informazzjoni li tiżvela informazzjoni finanzjarja personali, informazzjoni relatata ma’ saħħtek, jew xi suġġett sensittiv ieħor).

Nippruvaw inwieġbu r-rispons fi żmien 15-il jum tax-xogħol minn meta jasal għand id-dipartiment responsabbli tal-Kummissjoni.

 

Kompatibbiltà ma’ brawżers u teknoloġija assistiva

Il-Pjattaforma għall-Involviment taċ-Ċittadini hija ddisinjata biex ikun kompatibbli mal-aktar teknoloġiji assistivi li jintużaw:

  • l-aħħar verżjoni tal-brawżers Google Chrome u Apple Safari;
  • flimkien mal-aħħar verżjonijiet ta’ JAWS, NVDA, VoiceOver u TalkBack.

 

Speċifikazzjonijiet tekniċi

L-aċċessibbiltà tal-Pjattaforma għall-Involviment taċ-Ċittadini tiddependi fuq it-teknoloġiji li ġejjin biex tkun tista’ taħdem bil-kombinament partikolari ta’ brawżer u teknoloġija assistiva jew xi plugins installati fuq il-kompjuter tiegħek:

  • HTML
  • WAI-ARIA
  • CSS
  • JavaScript

 

Kontenut mhux aċċessibbli

Minkejja l-aħjar sforzi tagħna biex niżguraw l-aċċessibbiltà tas-sit web tal-Pjattaforma għall-Involviment taċ-Ċittadini, nafu li hemm limitazzjonijiet li qed naħdmu biex nirranġaw. Din t’hawn taħt hija deskrizzjoni tal-limitazzjonijiet magħrufa u tas-soluzzjonijiet potenzjali. Jekk issib xi problema li mhix imniżżla hawn taħt, jekk jogħġbok ikkuntattjana.

Limitazzjonijiet magħrufa għall-Pjattaforma għall-Involviment taċ-Ċittadini:

  • Video player – aċċessibbiltà bit-tastiera: Aħna nafu li hemm xi kwistjonijiet b’rabta mal-aċċessibbiltà bit-tastiera għall-video player tagħna (meta tagħżel il-lingwa tal-caption mill-menù, ma tistax tuża l-vleġeġ biex tmur minn lingwa għal oħra, dan jista’ jsir biss bil-buttuna TAB).
  • Vidjeos: Il-videos fuq dan is-sit web m’għandhomx deskrizzjoni awdjo. 
  • Dokumenti: Xi dokumenti huma b’format PDF u mhumiex aċċessibbli.
  • Graffs u ċarts – użu tal-kulur: Xi graffs u ċarts fuq is-sit web jiddependu fuq il-kulur biss biex jikkomunikaw l-informazzjoni, u dan ifixkel lin-nies daltoniċi. Meta fiċ-ċarts, it-tikketti ma jkunux assoċjati viżwalment mat-taqsima kkulurita korrispondenti, jekk tikklikkja fuq it-tikketti tal-leġġendi tkun qed tattiva jew tiddiżattiva l-linja, l-iżbarra jew it-taqsima korrispondenti u tkun tista’ tiċċekkja liema tikketta tappartjeni għal liema parti tal-mappa. Qed nippjanaw li nsolvu din il-kwistjoni fl-2024.
  • Ġerarkija tal-Intestaturi: Xi paġni ma jippreżentawx kontenut f’organizzazzjoni ġerarkika tal-intestaturi. Qed nippjanaw li nsolvu din fl-2024.