Id-dibattitu beda — kif nistgħu nreġġgħu lura t-tnaqqis tal-insetti dakkara selvaġġi?

L-insetti dakkara selvaġġi jinkludu n-naħal solitarju, in-naħal bagħal, id-dubbien tal-familja Syrphidae, il-friefet, il-baħrijiet – u dubbien ieħor, iż-żnażan, u anke l-ħanfus!
Minkejja d-daqs żgħir tagħhom, dawn l-annimali li bilkemm jidhru huma ħafna aktar importanti għas-soċjetajiet umani u għan-natura milli wieħed jista’ jimmaġina.
Madwar erbgħa minn kull ħames għelejjel u pjanti tal-fjuri selvaġġi jiddependu mid-dakkara biex jittrasferixxu t-trab tad-dakra u jgħinuhom jirriproduċu.
Għalhekk, peress li ħajjitna hija minsuġa sew mad-destin tad-dakkara, id-deċiżjonijiet dwar x’għandu jsir għandhom ikunu s-suġġett ta’ dibattitu pubbliku wiesa’.
Id-dibattitu dwar il-baġit tal-UE issa ngħalaq

Id-dibattitu online dwar it-tiswir ta’ baġit Ewropew fit-tul ġdid issa ngħalaq uffiċjalment. Nirringrazzjaw mill-qalb lil dawk kollha li pparteċipaw u qasmu l-ħsibijiet, l-ideat, u l-viżjonijiet tagħhom permezz tal-Pjattaforma għall-Involviment taċ-Ċittadini.
Il-kontributi kollha se jiġu kkunsidrati bir-reqqa mill-Kummissjoni Ewropea hekk filwaqt li tħejji l-proposta tagħha għall-Qafas Finanzjarju Pluriennali li jmiss.
Dalwaqt se jiġi ppubblikat, fil-paġna tad-dibattitu dwar il-baġit Ewropew il-gdid, rapport li jiġbor fil-qosor l-ideat u l-kontributi ewlenin.
Ibqa’ segwina biex issir taf bl-aħħar aġġornamenti!
Bħalissa għaddej ir-reklutaġġ għall-panel taċ-ċittadini li jmiss, dwar l-ekwità interġenerazzjonali!

Il-Kummissjoni Ewropea tat bidu għal kampanja biex tagħżel, b’mod aleatorju, ċittadini mis-27 Stat Membru kollha tal-UE għal panel taċ-ċittadini Ewropej dwar l-ekwità interġenerazzjonali.
Ir-reklutaġġ qed nagħmluh billi nħabbtu bieb bieb u l-proċess qed tieħu ħsiebu l-Fondazzjoni Sortition, is-sieħba uffiċjali tal-Kummissjoni Ewropea. Fl-aħħar mill-aħħar, minn fost dawk li jesprimu interess se jintgħażlu b’mod aleatorju 150 ċittadin, b’mod li jiżgura r-rappreżentanza tad-diversità demografika tal-UE. Dawn se jiġu mistednin Brussell, fejn se jaħdmu flimkien biex ifasslu rakkomandazzjonijiet konkreti għall-istrateġija tal-Kummissjoni Ewropea dwar l-ekwità interġenerazzjonali. L-istrateġija għandha l-għan li ttejjeb il-komunikazzjoni bejn il-ġenerazzjonijiet, tiżgura li l-politiki jirrispettaw kemm l-interessi preżenti kif ukoll dawk futuri, u tippromwovi s-solidarjetà bejn il-faxex differenti tal-età.
Int tista’ tkun fost il-150 ċittadin Ewropew!
Insawru l-ġejjieni flimkien: dibattitu dwar il-ġustizzja interġenerazzjonali

Immaġina UE fejn il-ġenerazzjonijiet jingħaqdu flimkien biex noħolqu soċjetà li tiffjorixxi. Kif tixtieqha tkun? U x’għandu jsir issa biex dan iseħħ?
Il-Kummissjoni Ewropea qed tistiednek tikkontribwixxi biex flimkien noħolqu strateġija innovattiva dwar l-ekwità interġenerazzjonali.
Agħmel użu minn din il-pjattaforma biex tgħidilna fehmtek dwar l-istrateġija li tixtieq li tiġi adottata, dwar x’taħseb li huwa importanti, u dwar dak li tħoss li bħalissa huwa nieqes.
Iċ-ċittadini jippreżentaw ir-rakkomandazzjonijiet finali għall-baġit il-ġdid tal-UE

Għal tliet weekends, 150 ċittadin magħżulin b’mod aleatorju mis-27 Stat Membru kollha tal-UE ltaqgħu biex jiddiskutu kif il-baġit tal-UE għandu jirrispondi għall-prijoritajiet komuni u għall-isfidi fit-tul.
Flimkien, qablu dwar għadd ta’ prijoritajiet politiċi u rakkomandazzjonijiet konkreti li se jgħinu fit-tiswir tal-finanzjament futur tal-UE u jikkontribwixxu għall-inizjattivi li ġejjin tal-Kummissjoni. L-għan tagħhom kien li jiġi żgurat li l-baġit tal-UE jirrispondi b’mod effettiv għad-dinamika globali li qed tinbidel u jtejjeb il-kwalità tal-ħajja madwar l-Unjoni Ewropea.
Il-lista tar-rakkomandazzjonijiet, li ġew ippreżentati lill-Kummissjoni Ewropea, tinsab hawnhekk.
- L-Assemblea taċ-Ċittadini Żgħażagħ dwar id-Dakkara
It-tnaqqis tal-insetti dakkara huwa ta’ theddida għad-disponibbiltà tal-ikel, għall-prosperità futura tagħna, u għan-natura. Kif nistgħu, għaldaqstant, inreġġgħu lura t-tnaqqis tal-insetti dakkara selvaġġi?
- Il-ġustizzja interġenerazzjonali
Immaġina UE fejn il-ġenerazzjonijiet jingħaqdu flimkien biex noħolqu soċjetà li tiffjorixxi. Kif tixtieqha tkun? U x’għandu jsir issa biex dan iseħħ?
Għidilna x’taħseb u involvi ruħek ma’ ċittadini oħrajn.
- Djalogi ta’ politika maż-żgħażagħ
Xbajt tħoss li ma tingħatax widen? L-affarijiet qed jinbidlu. Dan l-aħħar, żgħażagħ minn madwar l-UE kollha u minn lil hinn minnha poġġew bilqiegħda magħna għal taħditiet reali wiċċ imb wiċċ u qalulna dak li għandhom f’moħħhom.
Issa jmiss lilek.
X’inhi l-Pjattaforma għall-Involviment taċ-Ċittadini?
Dan huwa l-ispazju apposta għalik biex tinvolvi ruħek u tiddibatti dwar il-politiki tal-UE li jaffettwawna lkoll.
Ir-rispons tiegħek huwa parti vitali mill-proċess tat-tfassil tal-inizjattivi politiċi tagħna. Il-vuċi ta’ kulħadd tgħodd u aħna ħerqanin li nisimgħu x’għandek xi tgħid int.
Bis-saħħa tat-traduzzjoni f’ħin reali, tista’ tipparteċipa bi kwalunkwe waħda mill-24 lingwa uffiċjali tal-UE, u tinvolvi ruħek ma’ ċittadini oħrajn bħalek. Ejjew nibnu l-Ewropa flimkien!
Fażijiet tal-involviment taċ-ċittadini
- ParteċipazzjoniKontribuzzjonijiet online
Iċ-ċittadini joħolqu, jikkummentaw, u jivvutaw dwar il-kontribuzzjonijiet fuq il-Pjattaforma tal-Involviment taċ-Ċittadini
- DeliberazzjonijietPanels taċ-Ċittadini tal-UE
Il-kontribuzzjonijiet jgħaddu għand il-Panels taċ-Ċittadini Ewropej u jikkontribwixxu għall-proċess tat-tfassil tal-politika Ewropea
- Ħidma ulterjuriNieħdu azzjoni fuq il-bażi tar-rakkomandazzjonijiet taċ-ċittadini
Il-kontribuzzjonijiet isir xogħol fuqhom b’diskussjonijiet ibbażati fuq rapporti regolari
- Kummenti b’reazzjoniKomunikazzjoni trasparenti dwar l-eżitu
Iċ-ċittadini jiġu infurmati dwar il-miżuri politiċi
Tista’ tipparteċipa billi tippowstja l-kontribuzzjoni jew billi tikkummenta jew tapprova kontribuzzjonijiet ta’ oħrajn. Tista’ tikkontribwixxi bi kwalunkwe waħda mill-24 lingwa uffiċjali tal-UE. Trid tidħol fis-sistema billi tuża l-EU Login. Irreferi għall-paġna tal-EU login biex toħloq kont.
Meta tkun dħalt fis-sistema, tista’ żżid il-kontribuzzjoni tiegħek stess billi tikklikkja fuq il-buttuna “Kontribuzzjoni ġdida +”. Imbagħad, indika t-titlu u l-kontenut tal-kontribuzzjoni tiegħek, li jrid ikun fiha bejn 150 u 1,500 karattru.
Tista’ wkoll tikkummenta dwar kontribuzzjoni jew “tapprovaha”. “Approvazzjoni” tista’ titqies bħal meta tagħmel “like” fuq kontenut li jittella’ fuq forom oħra tal-midja soċjali.
Il-kontribuzzjonijiet tiegħek jiġu ppubblikati minnufih, u għalhekk trid tirrispetta r-regoli tal-parteċipazzjoni.
Aħna impenjati bis-sħiħ biex nipproteġu d-data personali tiegħek. Sir af kif nagħmlu dan
Dawn il-mistoqsijiet ikopru firxa ta’ suġġetti relatati mal-funzjonalità, l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi, il-kontenut u s-suġġetti, u mistoqsijiet mixxellanji dwar il-Pjattaforma għall-Involviment taċ-Ċittadini.
Il-Panels taċ-Ċittadini Ewropej

Objettiv ewlieni tal-Kummissjoni Ewropea huwa l-parteċipazzjoni aktar b’saħħitha taċ-ċittadini fil-proċessi u l-politiki demokratiċi tagħha. F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni stabbiliet il-Panels taċ-Ċittadini Ewropej bħala karatteristika regolari tal-ħajja demokratika fl-UE.
Kull Panel taċ-Ċittadini jiġbor flimkien 150 ċittadin magħżul b’mod aleatorju mis-27 Stat Membru tal-UE, li jirriflettu d-diversità tal-Ewropa u l-ġenerazzjonijiet żgħażagħ. Il-panels jagħmlu rakkomandazzjonijiet dwar inizjattivi politiċi ewlenin li jaffettwawna lkoll.
Żomm ruħek aġġornat mal-aħħar żviluppi dwar il-panels attwali u futuri.