Riżultati tal-Panel u Segwitu

Il-komunikazzjoni tal-2023 “Ma hemmx post għall-mibegħda: Ewropa magħquda kontra l-mibegħda” tappella għall-ħolqien ta’ spazju pan-Ewropew ta’ djalogu, biex jiġu diskussi modi kif nimxu mill-mibegħda u d-diviżjoni lejn it-tgawdija kondiviża tal-valuri Ewropej tagħna tal-ugwaljanza, tar-rispett tad-drittijiet tal-bniedem u tad-dinjità. Il-Panel taċ-Ċittadini Ewropej dwar l-Indirizzar tal-Mibegħda fis-Soċjetà kien wieħed mit-tweġibiet għal dik is-sejħa.
Il-panel kellu l-għan li jidentifika azzjonijiet ta’ politika u l-atturi rilevanti kollha li għandhom ikunu involuti f’livelli differenti, inklużi dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet, is-soċjetà ċivili, is-settur privat u ċ-ċittadini.
Il-21 rakkomandazzjoni fformulati miċ-ċittadini jipproponu modi konkreti biex jissaħħaħ ir-rispons għar-reati ta’ mibegħda u d-diskors ta’ mibegħda, jinħolqu spazji sikuri u inklużivi online u offline, u jiġi sfruttat il-potenzjal tal-media u tal-għodod diġitali biex titrawwem kultura ta’ rispett.
Inizjattivi tal-UE li jsegwu r-Rakkomandazzjonijiet taċ-Ċittadini
Il-Kummissjoni Ewropea qed taħdem fuq diversi inizjattivi biex twieġeb għar-rakkomandazzjonijiet taċ-ċittadini u ssaħħaħ l-isforzi tal-UE biex tiġġieled kontra l-mibegħda u tibni soċjetà aktar inklużiva u ugwali. Fost l-eżempji nsibu:
- Adozzjoni ta’ Kodiċi ta’ Kondotta ġdid dwar il-ġlieda kontra d-diskors tal-mibegħda illegali online
- Tinkludi prijorità ta’ riċerka speċifika fl-ambitu tal-Programm ta’ Ħidma ta’ Orizzont Ewropa 2025 dwar il-fehim tal-impatt tal-inugwaljanzi soċjali fuq il-mibegħda, il-polarizzazzjoni, u r-radikalizzazzjoni.
F’Ġunju 2025, iċ-ċittadini li ħadu sehem fil-panel se jkollhom l-opportunità li jingħaqdu f’avveniment ta’ feedback fejn il-Kummissjoni Ewropea se tispjega kif se timplimenta r-rakkomandazzjonijiet taċ-ċittadini billi tinkludihom f’inizjattivi ta’ politika attwali u fil-ġejjieni.
Panel taċ-Ċittadini Ewropej biex jiddiskuti l-Indirizzar tal-Mibegħda fis-Soċjetà: Rakkomandazzjonijiet Mogħtija

Matul tliet weekends 150 ċittadini magħżulin b’mod aleatorju li jirrappreżentaw is-27 Stat Membru kollha tal-UE kienu qed jiltaqgħu biex jiddiskutu l-kawżi u dak li jixpruna l-mibegħda fl-UE u oqsma differenti ta’ azzjonijiiet biex jindirizzawhom.
Flimkien, iċ-ċittadini ressqu serje ta’ rakkomandazzjonijiet konkreti li se jikkontribwixxu għat-tiswir tal-liġijiet tal-UE fil-ġejjieni u jikkontribwixxu għall-inizjattivi li ġejjin tal-Kummissjoni. Tista’ ssibhom fit-taqsima tad-dokumenti hawn taħt.
Xorta tista’ tikkontribwixxi għad-Dibattitu Online dwar l-Indirizzar tal-Mibgħeda fis-Soċjetà li għaddej bħalissa:
X’nistgħu nagħmlu dwar il-mibegħda u kif nistgħu nsaħħu r-rispett reċiproku fis-soċjetajiet tagħna?

Skont diversi sorsi, l-Ewropa llum qed tesperjenza żieda allarmanti fid-diskors ta’ mibegħda u r-reati ta’ mibegħda. Il-forom kollha ta’ mibegħda jdgħajfu s-soċjetà kollha kemm hi u jheddu l-pedamenti tad-demokraziji tagħna. Filwaqt li l-espressjoni libera hija dritt fundamentali u valur apprezzat fl-UE, il-liġi dwar id-drittijiet tal-bniedem tirrikonoxxi li m’għandhiex tiġi sfruttata biex tinċita l-mibegħda u l-vjolenza.
Il-Panel taċ-Ċittadini Ewropej dwar l-Indirizzar tal-Mibgħeda fis-Soċjetà laqqa’ flimkien 150 ċittadin magħżulin b’mod aleatorju biex iħarsu lejn il-kawżi ewlenin tal-mibegħda u l-modi kif jiġu indirizzati, bl-għan li jipproduċu rakkomandazzjonijiet dwar kif jinbnew pontijiet bejn il-gruppi u l-komunitajiet diviżi.
Il-komunikazzjoni tal-2023 “Ma Hemmx Post għall-Mibegħda: Ewropa Magħquda kontra l-Mibegħda” mill-Kummissjoni Ewropea u mir-Rappreżentant Għoli għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà qed iżidu l-isforzi tagħhom biex jiġġieldu l-mibegħda fil-forom kollha tagħha, billi jsaħħu l-azzjoni f’varjetà ta’ politiki inklużi s-sigurtà, il-qasam diġitali, l-edukazzjoni, il-kultura u l-isport.
Kronoloġija
Il-Panel taċ-Ċittadini Ewropej dwar l-Indirizzar tal-Mibgħeda fis-Soċjetà sar fuq tliet weekends bejn April u Mejju 2024
- 5-7 ta’ AprilSessjoni 1 - Brussell
- Żvilupp ta’ fehim komuni tal-mibegħda permezz tad-diskussjoni dwar il-perċezzjonijiet u x-xhieda dwar il-mibegħda
- Identifikazzjoni tal-kawżi u l-ixprunaturi tal-mibegħda llum il-ġurnata
- Diskussjoni dwar l-oqsma ta’ azzjoni potenzjali li fihom tista’ tiġi indirizzata l-mibegħda fis-soċjetà
Reġistrazzjonijiet tas-7 ta’ April 2024
- 26-28 ta’ AprilSessjoni 2 - online
- Rendikont tas-Sessjoni 1 u l-iżvilupp ta’ ideat skont it-tema u s-suġġett
- L-ewwel fażi tat-tfassil tar-rakkomandazzjonijiet
Reġistrazzjonijiet tas-26 ta’ April 2024 | tat-28 ta’ April 2024
- 17-19 ta’ MejjuSessjoni tal-għeluq - Brussell
- Tfassil tal-konklużjonijiet tad-dibattiti u tar-rakkomandazzjonijiet lill-Kummissjoni Ewropea
- Spjegazzjoni tal-passi li jmiss – l-impatt fuq it-tfassil tal-politika u l-mument tal-feedback
Reġistrazzjonijiet tas-17 ta’ Mejju 2024 | 19 ta’ Mejju 2024
Gallerija tar-Ritratti
Tackling Hatred in Society Panel image 1Tackling Hatred in Society Panel image 1 Tackling Hatred in Society HandoverTackling Hatred in Society Handover Tackling Hatred in Society Sub-plenary 1Tackling Hatred in Society Sub-plenary 1 Tackling Hatred in Society Panel image 3Tackling Hatred in Society Panel image 3 Tackling Hatred in Society Panel image 5Tackling Hatred in Society Panel image 5 Tackling Hatred in Society Panel image 4Tackling Hatred in Society Panel image 4 Tackling Hatred in Society Panel image 2Tackling Hatred in Society Panel image 2