Politika li jħaddmuha n-nies: il-vjaġġ permezz tal-Panels taċ-Ċittadini
Flimkien, nindirizzaw il-mibegħda fis-soċjetà
Matul tliet tmiem il-ġimgħa, 150 ċittadin tal-UE magħżula b’mod aleatorju kienu involuti f’diskussjonijiet dwar kif għandha tiġi indirizzata l-mibegħda fis-soċjetà. L-eżitu: Minkejja li hija tema sensittiva u b’riskju li tqajjem emozzjonijiet u diviżjonijiet qawwija, il-membri tal-panel kellhom dibattitu kostruttiv u ta’ rispett. Trid tiskopri kif l-intuwizzjonijiet tant personali tagħhom wassluhom biex joħolqu 21 rakkomandazzjoni konkreta lill-Kummissjoni Ewropea?
Arahom hawnhekk!
Nagħmlu użu aħjar mill-enerġija, flimkien
L-UE ċċempillek. Tweġibha? Meta Csenge, Conall, u 148 ċittadin ieħor tal-UE magħżula b’mod randomizzat ġew mistiedna mill-Kummissjoni Ewropea biex jiddiskutu l-Effiċjenza Enerġetika fi Brussell, huma laqgħu l-isfida. Jixtiequ jaraw kif il-vuċijiet tagħhom ikkontribwew għad-dibattitu?
Ingħaqdu mal-vjaġġ tagħhom fil-Panel taċ-Ċittadini Ewropej dwar l-Effiċjenza Enerġetika.
Panels konklużi

Fuq liema prijoritajiet għandu jintefaq il-baġit talUE fil-futur?
Liema tipi ta’ attivitajiet għandu jappoġġja l-baġit tal-UE biex jgħin fit-twettiq ta’ dawk il-prijoritajiet?

Kif tista’ l-UE tindirizza l-mibegħda fis-soċjetà?

Kif tista’ l-UE twassal il-benefiċċji tal-effiċjenza enerġetika liċ-ċittadini, lill-awtoritajiet pubbliċi, u lill-intrapriżi?

Kif nistgħu nagħmlu l-opportunitajiet tal-mobbiltà għat-tagħlim realtà għal kulħadd?

Liema viżjoni, prinċipji u azzjonijiet għandhom jiggwidaw l-iżvilupp ta’ dinjiet virtwali mixtieqa u ġusti?

X’azzjonijiet għandhom jittieħdu mill-Istati Membri tal-UE, mill-atturi fil-katina tal-provvista tal-ikel, miċ-ċittadini u mill-partijiet ikkonċernati privati u pubbliċi oħrajn sabiex jiżdied l-isforz biex titnaqqas il-ħela tal-ikel?
X’inhuma l-Panels taċ-Ċittadini Ewropej?

Dawn ilaqqgħu flimkien ċittadini magħżula b’mod aleatorju mis-27 stat membru kollha biex jiddiskutu – fil-livell Ewropew – proposti ewlenin li jmiss li jaffettwawna lkoll.
Fil-Panels taċ-ċittadini Ewropej il-parteċipanti jaħdmu flimkien fi gruppi żgħar (kull wieħed ta' madwar 12-il persuna) u kollha flimkien (f’plenarji). Tim ta’ faċilitazzjoni jipprovdi appoġġ. Abbażi tad-diskussjonijiet, iċ-ċittadini jagħmlu rakkomandazzjonijiet li l-Kummissjoni Ewropea tqis meta tiddefinixxi l-politiki u l-inizjattivi.
Kif jaħdem Panel taċ-ċittadini?
- Sessjoni 1Ġenerazzjoni ta’ ideat
L-għan tal-ewwel sessjoni hu li joħorġu l-ideat u jinbnew u jinġabru approċċi li ċ-ċittadini jsibu l-aktar promettenti għal diskussjonijiet futuri fis-sessjonijiet li jmiss.
- Sessjoni 2Rieżami u rfinar
L-għan ta’ din is-sessjoni hu li tibni fuq l-approċċi maqbula fl-ewwel sessjoni u jiġu abbozzati r-rakkomandazzjonijiet inizjali taċ-ċittadini. Wara proċess iterattiv ta’ “rieżami bejn il-pari”, iċ-ċittadini fi gruppi ta’ ħidma jirrieżaminaw u jibnu fuq il-ħidma ta’ xulxin, u jressqu ideat ġodda. Dawn jikkostitwixxu l-bażi biex il-panel jiżviluppa r-rakkomandazzjonijiet finali tiegħu, matul is-sessjoni tal-għeluq.
- Sessjoni tal-għeluqKonklużjoni
Is-sessjoni tal-għeluq tippreżenta l-konklużjonijiet tad-dibattiti, flimkien mar-rakkomandazzjonijiet tal-panel, lill-Kummissjoni Ewropea, bħala parti mill-pakkett li jakkumpanja l-proposti rilevanti.
Kif jintgħażlu ċ-ċittadini?

Madwar 150 ċittadin, magħżula b’mod randomizzat mis-27 stat membru

Grupp li jirrappreżenta d-diversità tal-UE - il-ġeografija (urbana/rurali), il-ġeneru, l-età, l-edukazzjoni, l-isfond soċjoekonomiku, immaġni tal-UE

Terz tal-parteċipanti huma żgħażagħ (16-29 sena)
Il-parteċipanti fil-ġenerazzjoni l-ġdida tal-Panels taċ-Ċittadini jiġu reklutati permezz ta’ għażla randomizzata. Sabiex jiġi żgurat li l-panels jirriflettu kemm jista’ jkun il-kompożizzjoni soċjodemografika tal-UE, il-proċess jiżgura li r-reklutaġġ ikun rappreżentattiv.
Iċ-ċifri tar-reklutaġġ fil-mira jikkombinaw data minn:
- l-Ewrobarometru, l-istħarriġ annwali tal-opinjoni pubblika tal-Unjoni Ewropea, u
- l-Eurostat, l-uffiċċju tal-istatistika tal-UE.
Sistema ta’ kwoti tiżgura panel ibbilanċjat bejn il-ġeneri, u tispeċifika li ż-żgħażagħ ta’ bejn 16 u 29 sena jirrappreżentaw terz tal-panel. Karatteristiċi soċjodemografiċi oħra li nqisu huma relatati ma’:
- il-livell tal-edukazzjoni
- il-lokalità ġeografika
- l-impjieg.
Il-parteċipanti minn kull Stat Membru jiġu reklutati fi proporzjon mal-popolazzjoni tiegħu, filwaqt li tiġi żgurata rappreżentanza proporzjonali fi gruppi differenti. Sabiex jiġi ggarantit li anke l-iżgħar pajjiżi jkunu rappreżentati, kull Stat Membru jkollu mill-inqas żewġ parteċipanti. F’każijiet bħal dawn, mhuwiex possibbli li jiġu riflessi l-kategoriji soċjodemografiċi kollha fi ħdan delegazzjoni ta’ pajjiż wieħed, iżda d-diversità tal-kategoriji hija żgurata fil-panels kumplessivament.
Il-proċess tal-għażla jiġġedded għal kull panel ġdid.
Reklutaġġ ta’ panels b’tali mod li jirrappreżenta d-diversità huwa essenzjali biex jiġu ffaċilitati diskussjonijiet vibranti u ħalli jiġi żgurat li dawk id-diskussjonijiet jirriflettu varjetà estensiva ta’ perspettivi u opinjonijiet.
Gallarija tar-ritratti


Citizens' Panel on the new EU budget - family photoCitizens' Panel on the new EU budget - family photo European Citizens' Panel on the New EU Budget - votingEuropean Citizens' Panel on the New EU Budget - voting 

European Citizens' Panel on the New EU Budget - working groupEuropean Citizens' Panel on the New EU Budget - working group 

Tackling Hatred in Society HandoverTackling Hatred in Society Handover 

Tackling Hatred in Society Sub-plenary 1Tackling Hatred in Society Sub-plenary 1 

Panel on Energy Efficiency - recommendations handoverPanel on Energy Efficiency - recommendations handover 

Energy Efficiency Panel image 6Energy Efficiency Panel image 6 

Energy Efficiency Panel image 4Energy Efficiency Panel image 4 

Energy Efficiency Panel image 13Energy Efficiency Panel image 13 

Citizens' Panel on learning mobility - final group pictureCitizens' Panel on learning mobility - final group picture 

Learning mobility session 3 participant askingLearning mobility session 3 participant asking 

Learning mobility session 3 plenary votingLearning mobility session 3 plenary voting 

Learning mobility session 3 plenary groupLearning mobility session 3 plenary group 

Learning mobility session 3 plenary participantLearning mobility session 3 plenary participant 

Citizens' Panel on learning mobility - Session 3 participantCitizens' Panel on learning mobility - Session 3 participant 

Learning mobility session 3 plenary groupLearning mobility session 3 plenary group 

Citizens panel on virtual worlds - 3 participantCitizens panel on virtual worlds - 3 participant 

Panel on virtual worlds 3 - plenary 1Panel on virtual worlds 3 - plenary 1 

Citizens panel on virtual worlds - 3 ballot boxCitizens panel on virtual worlds - 3 ballot box 

Citizens panel on virtual worlds - 3 flip chartCitizens panel on virtual worlds - 3 flip chart



