Mur għall-kontenut ewlieni
Logo tal-Kummissjoni Ewropea
Pjattaforma għall-Involviment taċ-Ċittadini
L-ekwità interġenerazzjonali

Semma’ leħnek u ħalli impatt fuq l-inizjattivi politiċi

Kif nistgħu noħolqu futur aktar ġust flimkien?

Għaliex għandi nieħu sehem f’dan id-dibattitu?

L-ekwità interġenerazzjonali: x’inhuma r-riskji?

Ilkoll kemm aħna, żgħażagħ u inqas żgħażagħ, għandha interess dirett f’dak li se jġib miegħu l-futur u f’kif nixtiequ li jkun. L-istess jgħodd għall-ġenerazzjonijiet futuri — dawk li għadhom ma twildux.

Biex niżguraw li d-drittijiet tal-ġenerazzjonijiet preżenti u ta’ dawk tal-futur jiġu rispettati, nixtiequ nisimgħu x’għandhom xi jgħidu l-gruppi ta’ età u atturi kollha biex noħolqu djalogu interġenerazzjonali sinifikattiv.

Fl-2025, se naħdmu flimkien minn Frar sa Novembru biex infasslu strateġija li tirrifletti l-ħtiġijiet tal-ġenerazzjonijiet kollha — il-vuċi tiegħek hija importanti f’kull stadju.

Barra minn hekk, agħti daqqa t’għajn lejn l-avvenimenti li se jsiru dwar l-ekwità interġenerazzjonali u żid mal-lista kwalunkwe avveniment li mhux imniżżel. Irridu niżguraw li int u ċ-ċittadini kollha tkunu tafu bid-diskussjonijiet u l-attivitajiet li jkunu qed jiġu organizzati qribkom, fl-Ewropa u lil hinn minnha, u tieħdu sehem fihom. 

Ixxerja l-avvenimenti tiegħek

Kronoloġija

Minn Frar sa Novembru 2025 se nkunu qed infasslu l-istrateġija, f’kollaborazzjoni miegħek.

  1. Frar – April
    Niddefinixxu l-ambitu

    X’nifhmu b’ekwità interġenerazzjonali? X’inizjattivi jeżistu diġà?

  2. Ġunju – Lulju
    Nelaboraw il-viżjoni

    Kif timmaġinaha? Għaliex?

  3. Awwissu – Ottubru
    Ideat għall-istrateġija

    X’inhuma l-ideat, il-valuri, il-ħtiġijiet, u l-azzjonijiet ewlenin?

  4. Ottubru – Novembru
    Noħolqu l-istrateġija flimkien

    Fejn irridu mmorru? X’toroq għandna nieħdu?

Definizzjoni tal-ambitu: sommarju tal-fehmiet u tal-ideat

Ninsabu entużjasti biex nagħtu informazzjoni dwar il-progress li sar fil-fażi tad-definizzjoni tal-ambitu, li biha identifikajna l-għeruq tal-problemi li qed jiżdiedu b’rabta mal-ekwità interġenerazzjonali, kif ukoll oqsma rilevanti fejn hemm bżonn li tittieħed azzjoni. Ir-riżultati tal-fażi tad-definizzjoni tal-ambitu, kif ukoll l-analiżi tal-kontribuzzjonijiet tiegħek għaliha, jinsabu fit-taqsima tad-dokumenti hawn taħt.

Nelaboraw il-viżjoni: nimmaġinaw futur ikkaratterizzat mill-ekwità interġenerazzjonali

Fil-fażi tat-tiswir tal-viżjoni, tlabnik timmaġina kif jista’ jkun futur ikkaratterizzat mill-ekwità interġenerazzjonali. Inti qsamt l-ideat tiegħek dwar kif nies ta’ etajiet differenti jistgħu jidħlu f’ħajjet xulxin u kif wieħed jista’ jibni rabtiet mal-ġenerazzjonijiet tal-passat u tal-futur. Bl-għajnuna ta’ kittieba letterarji, se nużaw il-kontribuzzjonijiet tiegħek biex noħolqu stejjer stimulanti dwar futuri aktar ġusti. Ir-riżultati ta’ din il-fażi se joħorġu dalwaqt; żomm ruħek aġġornat.

Skopri aktar 

Ideat għall-istrateġija: x’nistgħu nagħmlu biex il-viżjonijiet tagħna nagħmluhom realtà?

Il-fażi li jmiss fil-proċess hija dik tal-“ideat għall-istrateġija”. Se naħsbu dwar ideat u azzjonijiet ewlenin li nistgħu nwettqu biex il-viżjonijiet li sawwarna u qsamna bejnietna nagħmluhom realtà. Ingħaqad magħna biex flimkien niddeċiedu kif nistgħu noħolqu futur aktar ġust.

Ipparteċipa

Noħolqu l-istrateġija flimkien: iċ-ċittadini fuq quddiem

F’din l-aħħar fażi nistiednu liċ-ċittadini li jipparteċipaw fil-Panel taċ-Ċittadini Ewropej dwar il-Ġustizzja Interġenerazzjonali biex jibnu fuq il-ħidma mwettqa fil-fażijiet preċedenti filwaqt li jġibu wkoll ideat ġodda u jesploraw oqsma ġodda li jistħoqqilhom attenzjoni. Il-viżjoni, il-prijoritajiet, u r-rakkomandazzjonijiet kollettivi taċ-ċittadini se jikkontribwixxu għar-riflessjonijiet li qed isiru bħalissa dwar l-abbozzar tal-Istrateġija għall-Ekwità Interġenerazzjonali.

Għaliex għandna bżonnha?

Kont taf?

  • Inqas minn nofs l-Ewropej jemmnu li s-soċjetà hija ġusta u ugwali (sors: Ewrobarometru – 2022)
  • B’mod ġenerali, il-pajjiżi b’inqas inugwaljanzi relatati mal-età għandhom livelli ogħla ta’ sodisfazzjon tal-ħajja (sors: OECD – 2020)
  • Il-gvernijiet li jibbilanċjaw il-ħtiġijiet u l-interessi tal-ġenerazzjonijiet preżenti u ta’ dawk futuri jgawdu livelli ogħla ta’ fiduċja (sors: OECD – 2023)

Stieden lil sħabek biex jieħdu sehem fid-dibattitu

 

L-ekwità interġenerazzjonali

Semma’ leħnek u ħalli impatt fuq l-inizjattivi politiċi